“Wara kull traġedja hemm storja ta’ tama”

Read in English.

Ir-rappreżentant f’Malta tal-UNHCR, Kahin Ismail, qal li ‘wara kull traġedja hemm storja ta’ tama u perserveranza’. Filwaqt li rrefera għar-rapport li ġie ppubblikat dal-aħħar mill-UNHCR.

Fid-diskors tiegħu, Ismail irrefera għar-rapport li ġie ppubblikat dan l-aħħar mill-UNHCR. Stqarr li Malta għandha tkun kburija fl-irwol li għandha biex issalva l-ħajjiet ta’ nies maqbuda bejn sema u art u li toffri t-tieni opportunità għall-ħajja lil ħafna refuġjati.

Huwa saħaq li Malta mxiet ‘il quddiem fl-aħħar snin meta mqabbla mal-miżuri ristrettivi tas-snin ta’ qabel. Ismail semma l-qafas ta’ ħidma għall-integrazzjoni li fi kliemu jipprometti tajjeb għall-futur fost titjib ieħor fis-sistema tal-ażil f’Malta.

Huwa sostna li f’Malta l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali m’għadhomx iktar suġġetti taboo u li Malta qed tirrikonoxxi l-ħtieġa għad-dibattitu ikbar dwar l-inklużjoni soċjali. Huwa qal ukoll li Malta qed tirrikonoxxi li l-identità u l-kultura mhumiex fissi iżda jevolvu kontinwament.