Wara jumejn sieket…Dalli jwieġeb lil Barroso

Wara jumejn ta’ silenzju, l-eks Kummisarju Ewropew għas-Saħħa qal li se jitkellem dwar dak li ntqal nhar it-Tnejn u t-Tlieta fil-Qorti Ewropea dwar il-każ tiegħu kontra l-Kummissjoni Ewropea.
Dalli qal li mis-smigħ f'Lussemburgu ħarġu fatti ġodda fosthom li:

  • “Barrosso ammetta li s-Segretarju Ġenerali Catherine Day kienet qed tikkomunika mal-OLAF dwar ir-rapport u li kelmitu dwaru jiem qabel dwar ik-konklużjonijiet negattivi kontra Dalli.”
  • “Dan jindika li l-OLAF mhux indipendenti mill-Kummissjoni Ewropea.”
  • “John Dalli mhux vera ngħata ċ-ċans għal spjegazzjoni.”
  • “Tlestew minn qabel żewġ stqarrijiet bir-riżenja ta’ Dalli.”
  • “It-telefonata bejn Barroso u l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet qasira ħafna .”
  • “Barroso ammetta li ma tax ċans lil John Dalli jitlob parir legali.”
  • “Jumejn qabel il-laqgħa bejn Barroso u Dalli, l-OLAF ċempel lill-kumpanija Swedish Match biex jinfurmaha li fis-17 ta’ Ottubru se jkun hemm konferenza tal-aħbarijiet.”
  • “Swedish Match kellha aċċess għar-rapport tal-OLAF waqt li l-Parlament Ewropew, NGOs u Dalli stess ma setgħux jarawh.”

Dalli temm jgħid li skont il-Kumitat tas-Superviżjoni, l-OLAF mar kontra d-drittijiet tal-bniedem.
L-istqarrija mibgħuta minn John Dalli tista' taqraha minn hawn taħt: