Wara d-dawl, issa l-ilma

Wara sigħat twal bla dawl, xi lokalitajiet issa jinsabu mingħajr provvista tal-ilma.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku xi lokalitajiet setgħu jinsabu mingħajr ilma. Dawn jinkludu Tas-Sliema, San Ġwann, l-Imsida, il-Pietà, Birkirkara, is-Swatar, Paceville, San Ġiljan, is-Swieqi, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Gżira u St Andrews.
Il-Korporazzjoni għaddejja b'ħidma biex il-provvista tiġi għan-normal kemm jista' jkun malajr. 
Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 8007 6400, li hu miftuħ 24 siegħa kuljum.