Wara 63 sena żwieġ, imutu fl-istess ġurnata

Fl-1951 Bob u Barbara Pettis wegħdu lil xulxin li se jibqgħu fliemkin għal dejjem, u minn dakinhar ‘l hemm, dejjem żammew il-wegħda, anke fil-mewt.
Barbara, li kellha 82 sena, mietet f’dar tal-anzjani f’Oklahoma wara li kienet ilha tbati bi problemi ta’ saħħa għal xi snin. Żewġa, ta’ 85 sena, li dak il-ħin kien qiegħed l-isptar b’każ ta’ pneumonia, u li ma kienx jaf li martu mietet, miet dakinhar stess ftit siegħat wara.
Clay Pettis, wieħed mit-tlett itfal tagħhom, ma kienx sorpriż li mietu biss ftit siegħat ‘il bogħod minn xulxin. Qal li f’leħenhom u fil-mod li kienu jħarsu lejn xulxin, wieħed kien faċilment jara l-imħabba tagħhom.