Wara 40 sena l-Iraq jagħżel l-isbaħ tfajla fil-pajjiż

Għandha 20 sena, tgħix fil-belt ta’ Kirkuk, għandha għajnejha ħodor u xagħarha kannella. 
Jisimha Shaymaa Qasim, u din it-tfajla hi l-isbaħ waħda fl-Iraq. 
Ilbieraħ filgħaxija, Shaymaa ġiet magħżula bħala Miss Iraq fost 150 tfajla oħra li pparteċipaw f’dan il-konkors ta’ sbuħija. 
Din kienet l-ewwel darba, wara 40 sena, li l-Iraq reġa’ organizza konkors tas-sbuħija u għażel l-isbaħ tfajla fil-pajjiż.