Wara 39 sena priġunerija, jinħeles ta’ att kriminali li ma wettaqx

Wieħed minn żewġt irġiel li fl-1975 kienu kkundannati l-piena kapitali llum ħareġ liberat mill-ħabs wara li waqgħu l-akkużi kollha li kien hemm kontrih. Ir-raġel l-ieħor inħeles ftit snin ilu.
Ricky Jackson ta’ 57 sena u Wiley Bridgeman ta’ 60 sena kienu nstabu ħatja li qatlu lil Harry Franks fi Cleaveland f’Ohio. Fil-biċċa l-kbira tagħha, is-sentenza tal-Qorti ta’ dak iż-żmien kienet ibbażata biss fuq ix-xhieda ta’ tifel ta’ 12-il sena li allegatament ra l-omiċidju jseħħ.
Fl-1978 il-Qorti bidlet is-sentenza tal-piena kapitali għal sentenza ta’ ħajja priġunerija. Il-folja nqelbet issa, kważi 40 sena wara, meta x-xhud oriġinali, li llum għandu 52 sena, reġa’ ta t-testimonja tiegħi u qal li l-uffiċjali tal-pulizija kienu sfurzawh jagħti x-xhieda skont il-verżjoni li tawh huma.