Wara 22 sena jinstab ħati b’pornografija tat-tfal

L-Ingliż li kien arrestat f’Għawdex aktar kmieni din il-ġimgħa wara li kien imfittex fl-Ingilterra b’rabta ma’ każ ta’ abbuż sesswali ta’ tifla ta’ 13-il sena ntbagħat 18-il priġunerija.
Fil-Qorti Macdonald ammetta li kellu ritratti pornografiċi tat-tfal fil-pussess tiegħu.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkopera mal-pulizija, filwaqt li d-difiża sostniet li l-ftit ritratti li Macdonald kellu fuq il-laptop tiegħu kienu ġewwa folder iddilitjajt.
Roderick Macdonald kien arrestat nhar it-Tlieta li għadda.
Fil-midja Ingliża, ir-raġel ta’ 76 sena kien irrappurtat li ilu jiġi mfittex għal 22 sena, b’rabta ma’ abbuż tat-tfal kif ukoll dwar ċirku ta’ pedofeli, li kienu suspettati li qed joperaw qrib fejn Madeleine McCann għebet fl-2007.