Wara 22 penalti l-Kosta tal-Avorju jirbħu t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Fil-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani l-Kosta tal-Avorju u l-Gana baqgħu 0-0 wara 120 minuta logħob u b'hekk ir-rebbieħ ġie deċiż bl-għoti tal-penalties.
Wara li ngħataw mhux anqas minn 22 penalti, kien l-aħħar penalti deċiżiv mogħti mill-gowlkiper Boubacar Barry, li kien l-eroj għall-Kosta tal-Avorju.
B'hekk l-iskor finali kien ta' 9-8 favur l-Avorjani.
Din ir-rebħa se tnessi lill-Avorjani l-aħħar finali mitlufa kontra ż-Żambja.