“Waqqfu l-Istrina; m’hemmx bżonn reċti u teatrini”

Read in English.

L-avukat kontroversjali Franco Debono stqarr li l-Istrina mhux f’postha f’dawn iċ-ċirkostanzi għax fi kliemu “l-pajjiż umiltà u riflessjoni fis-silenzju għandu bżonn mhux teatrini, reċti u fanfarunati b’ċekkijiet daqs dinja”.

Fuq Facebook, l-avukat Debono saħaq li ħass il-bżonn li jagħmel dan l-appell wara d-diversi appelli għall-prudenza u moderazzjoni.

Insista li l-poplu għandu bżonn eżami tal-kuxjenza mhux spettaklu ta’ opportunità falza biex taparsi jnaddaf il-kuxjenza.

“Dan il-poplu għandu kriżi serja ta’ valuri, ġejja wkoll mill-fatt li sena wara sena jbellagħha lilu nnifsu kemm hu ġeneruż”, kompla jgħid.

Ħeġġeġ bil-qawwa biex id-donazzjonijiet isiru xorta iżda kif suppost: karità bil-kwiet, fis-silenzju u mingħajr ebda daqq ta’ trombi. Temm jgħid li jekk vera l-poplu jagħti għax ġeneruż, l-istess somom jinġabru però mingħajr it-teatrini.