Waqqfu immedjatament it-titjiriet miż-żoni ta’ riskju għoli – MAM u UĦM

Financial Times

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Medika (MAM) u l-UĦM Voice of the Workers appellaw lill-Gvern biex jagħti widen għall-parir tal-awtoritatjiet tas-saħħa u jwaqqfu b’effett immedjat it-titjiriet kollha miż-żoni ta’ riskju għoli, iħifieri mit-Tramuntana tal-Italja. Huma appellaw ukoll li jkun implimentat b’mod obbligatorju l-miżuri tal-kwarantina fejn hu neċċessarju skont il-liġi ta’ kwarantina. Dan qed jissuġġeruh biex tkun evitata epidemija b’konsegwenzi fuq is-saħħa tan-nies u l-ekonomija nazzjonali.

Huma esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li kif kien mistenni, ġie identifikat l-ewwel każ ta’ infezzjoni ta coronavirus. B’mod ċar il-persuna li hi infettata kienet marret l-Italja u rritornat Malta marida.

Il-MAM u l-esperti tas-saħħa lokali għamluha ċara ħafna li t-twaqqif tal-20 titjira fil-ġimgħa mit-Tramuntana tal-Italja, flimkien ma’ kwarantina volontarja kienet miżura mhux adegwata u ddestinata li tfalli.

Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-UĦM kienet qed tinsisti mal-awtoritajiet tas-saħħa biex jipprovdu t-taħriġ u l-protokol meħtieġ lill-impjegati li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa. Filwaqt li dan ħadem tajjeb f’xi dipartimenti, hemm oħrajn fejn it-taħriġ waqa’ lura. Il-UĦM qed titlob li jsir taħriġ u preparazzjon b’mod immedjat biex jitnaqqas ir-riskju għall-ħaddiema u li tittieħed azzjoni industrijali.

Iż-żewġ unjins qed jinsistu li peress li f’din is-sitwazzjoni r-responsabbiltà taqa’ taħt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, id-direzzjoni kollha għandha tinġareġ mingħajr ostakli mill-uffiċċju tagħha.