“Waqqfu fond ta’ emerġenza għan-negozji u l-ħaddiema” – Cassola

Read in English.

Il-kandidat indipendenti u eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola ħeġġeġ lill-Gvern biex iwaqqaf fond ta’ emerġenza għall-ħaddiema li se jingħataw leave bla ħlas u għan-negozji.

Fi stqarrija, Cassola qal li dan il-fond għandu jgħin ukoll lin-negozji żgħar li diġà qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet minħabba l-coronavirus.

Skont Cassola, it-twaqqif ta’ fond bħal dan għandu jaqa’ fir-responsabbiltà tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Issuġġerixxa li l-fond ikun finanzjat parzjalment mid-dazju tas-sisa tal-fjuwil u s-sigaretti.

Huwa appella lill-Gvern biex jieħu azzjoni minnufih peress li bħalissa huwa ż-żmien li jgħin lil dawk f’diffikultà u lill-ekonomija li qed tiddgħajjef.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn