
Medjazzjoni Eġizzjana temmet jumejn ta’ attakki mill-arju bejn Iżrael u Gaza fejn t-tensjoni tibqa’ għolja fuq l-fruntiera fejn eluf jiltaqgħu biex jipprotestaw waqt li żewġ Palestinjani nqatlu u għexieren indarbu.
Wara lejl kwiet bejn is-Sibt u l-Ħadd, resident fin-naħa t’isfel ta’ Iżrael, li qattgħu l-aħħar jumejn f’xelters, ingħataw istruzzjonijiet li jistgħu jirritornaw f’ darhom.
F’ Gaza, il-folla Palestinjana kompliet tipprotesta kontra Iżrael waqt li t-truppi Iżraeljani qatlu żewġ Palestinjani, fosthom tabib u darbu ta’ l-inqas tliet mija.
Kelliem għall-Gvern Iżraeljan qal li l-Palestinjani garaw ġebel u bombi tan-nar fid-direzzjoni tat-truppi Iżraeljani waqt li s-suldati rritaljaw b’meżżi biex ixerdu l-folla fosthom billi tefħu n-nar fuq in-nies, skont il-proċedura.
Minn mindu reġa’ beda l-inkwiet fit-30 ta’ Marzu, it-Truppi Iżraeljani qatlu mija u disa’ u ħamsin ruħ waqt li suldat Iżraeljan inqatel fil-ġlied.