Waqfet tieħu ħalib, ġobon u butir għal 6 ġimgħat u…

Persuna ddeċidiet li tipprova taqta’ għal kollox il-prodotti tal-ħalib mid-dieta tagħha għal sitt ġimgħat. Dan għamlitu biex tara jekk tħossiex aħjar mingħajr dawn il-prodotti.

Wara sitt ġimgħat mingħajr ma tmiss ma prodotti tal-ħalib setgħet tinnota li xi affarijiet marru għall-aħjar;

  • Il-karnaġġjon ta’ wiċċha sbieħ. Il-ħmura fil-wiċċ u l-ponot naqsu drastikament.
  • Ħadet l-opportunità li tipprova ikel differenti u aktar bnin, fosthom il-patata ħelwa.
  • Żaqqha ħassitha inqas minfuħa mis-soltu.
  • Il-migranji naqsu ħafna meta ikkumparati ma qabel.
  • Ħassitha aktar enerġetika, iżda stqarret li kienet qed tikkonsma aktar karboidrati li setgħu għenu biex iżżid l-ammont ta’ enerġija.

Wara sitt ġimgħat, hija reġgħet daħlet ammonti żgħar ta’ prodotti tal-ħalib għaliex il-vitamina, il-proteini u l-kalċjum li joffru dawn il-prodotti diffiċli li ġġibhom minn ikel ieħor.

Hija ssuġġeriet li jekk xi ħadd jitħajjar jipprova din id-dieta, għandu l-ewwel jikkonsulta mat-tabib tiegħu.