Read in English.
Raġel ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn madwar tliet filati fi blokka ta’ garaxxijiet. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00pm il-bieraħ filgħaxija.
Skont stqarrija tal-Pulizija, l-inċident seħħ fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li r-raġel li hu mill-Kolombja allegatament waqa’ għoli ta’ madwar tliet filati ġewwa blokka ta’ garaxxijiet.
Tim mediku issejjaħ immedjatament fuq il-post biex jagħti l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. G. Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.