Waqa’ minn sellum f’baċir 7; weġġa’ gravi

Raġel weġġa’ ġewwa l-baċir numru sebgħa fil-Marsa. Skont stqarrija tal-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15am.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eġizjan ta’ 21 sena sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.