Waqa’ minn fuq sellum fi skola fil-Mellieħa; iweġġa’ gravi

Read in English.

Raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fi skola primarja ġewwa l-Mellieħa, ġarrab ġrieħi gravi.

Il-raġel li hu mill-Mosta u li għandu 57 sena waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed fi skola li qegħda fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa. Skont kelliem għall-Pulizija, qal li l-inċident seħħ fid-8:40am.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.