Id-DJ li waqt li kien f’Malta spiċċa f’koma wara li waqa’ erba’ sulari, qal li ġietu tajba li baqa’ ħaj wara li qam mill-coma. Il-missier ta’ tnejn weġġa’ serjament. B’kollox kiser 28 għadma wara li waqa’ minn erba’ sulari ‘l fuq mill-kamra tal-lukanda li kien fiha.
Hu kien Malta flimkien mas-sieħba tiegħu u kien qed jiċċelebra l-45 sena.
L-aħħar li jiftakar hu li kien qed jaqra ktieb u jpejjep sigarett fil-gallarija qabel ma sab lilu nnifsu minn tulu mal-art erba’ sulari ‘l isfel mill-galallarija ta’ fejn kien.
Is-Sibt li għadda hu ttieħed lura lejn l-Ingilterra fejn qed ikompli jingħata aktar kura.
AQRA: F’koma wara li waqa’ 4 sulari; qed jiġbru fondi biex ikun ma’ familtu f’pajjiżu