Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar 3 sulari u ġie fuq saqaf ta’ vettura fl-Isla.
Ir-raġel Ingliż ta’ 41 sena ttieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei għall-ħabta tas-2.15am ta’ dalgħodu fejn irriżulta li sofra ġrieħi serji.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla. Ir-raġel huwa residenti Marsaskala.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Victor Axiak filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.