Walker jagħti l-opinjoni dwar it-Tazza tad-Dinja

Miraklu jista’ jrebbaħ it-Tazza tad-Dinja lill-Ingilterra. Hekk kien it-titlu tas-sit tal-internet Ingliż Talk Sport li kien qed jikkwota lid-difensur tat-tim nazzjonali Ingliż Kyle Walker. Dan tal-aħħar tkellem dwar il-mixja li t-tim imlaqqam TheThreeLions mistenni jagħmel f’Russja 2018.
“Ikun miraklu jekk it-tim nazzjonali Ingliż jirbaħ it-Tazza tad-Dinja. Nixtieq illi l-mixja tagħna tkun twila kemm jista’ jkun għalkemm irridu nkunu realistiċi.”
“Għandna plejers tajbin iżda li tirbaħ it-Tazza tad-Dinja mhux daqshekk faċli.”
Walker, li jilgħab ma’ Tottenham Hotspurs, jemmen li bi ftit aktar esperjenza t-tim jista’ javvanza dejjem aktar fil-potenzjal tiegħu.