Waiter jammetti li seraq flus minn ristorant f’Għajn Tuffieħa

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 26 sena li jaħdem bħala waiter ammetta li seraq €300 minn ristorant f’Għajn Tuffieħa.

Fil-Qorti llum, Igor Illievski li huwa mill-Maċedonja ta’ Fuq, ametta li seraq il-flus. Il-flus insterqu fuq medda ta’ żmien tul ix-xahar ta’ Settembru. Inqabad jisraq minn kameras tas-CCTV.

Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannatu għal sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

Illievski ġab il-flus li seraq fil-Qorti biex jingħataw lura lil sidhom.

L-avukat tal-għajnuna legali kien Ben Valencia.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.