VW trid tnaqqas l-ispejjeż b’€1 biljun biex tirriforma l-vetturi ġodda

Il-grupp Volkswagen ħabbar li se jaqta’ l-ispejjeż tiegħu b’€1 biljun biex ikun jista’ jiffinanzja riformi fil-prodott tiegħu wara l-iskandlu tal-emissjonijiet.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija ħabbar li se tiffoka fuq vetturi elettriċi u hybrid waqt li se tagħmel riformi sħaħ għall-vetturi diesel biex ikollhom sistemi ta’ emissjonijiet iktar nodfa.
Analisti stmaw li l-iskandlu jista’ jiswa lill-kumpanija mal-€35 biljun f’multi, kawżi legali u spejjeż oħra.
Sadattant, tħabbar li Leonardo di Caprio se jipproduċi film dwar dan l-iskandlu hekk kif il-kumpanija tiegħu, Appian Way, u Paramount Pictures xtraw id-drittijiet ta’ ktieb, li għadu jrid jinkiteb, dwar dan l-iskandlu.