VW ordnata tirtira 2.5 miljun vettura mis-suq, suspett ta’ frodi fl-Italja

It-terremot fi ħdan il-Volkswagen ma jridx jieqaf.
Fl-aħħar sigħat, l-awtoritajiet Ġermaniżi rrifjutaw il-proposta tal-produttur tal-karozzi, li s-sidien tal-vetturi diesel idaħħlu b’mod volontarju l-vettura tagħhom għal test dwar is-software tal-emissjonijiet, u ordnat lill-kumpanija biex tirtira kważi 2.5 miljun vettura mis-suq.
Sadattant, il-Pulizija Taljana għamlet tfittxija fl-uffiċċji tal-kumpanija f’Verona u f’dawk ta’ Lamborghini f’Bologna, hekk kif hemm suspett ta’ frodi kummerċjali.
B’mod separat, il-persuna li kien imsemmi bħala l-kap li jmiss għall-Volkswagen fl-Amerika ta’ Fuq irriżenja, b’dikjarazzjoni mill-kumpanija tgħid biss li kien hemm opinjoni differenti fuq it-tmexxija tal-kumpanija fir-reġjun.