Vulkan Gwatemala: 200 persuna għadhom nieqsa

Aktar minn 200 persuna għadhom ma nstabux wara li sploda l-vulkan Fuego fil-Gwatemala, filwaqt l-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom tela’ għal 99.
L-oppożizzjoni tal-Gwatemala qed titlob sabiex jirreżenja il-kap tal-Conred li hija l-aġenzija li tieħu ħsieb stati ta’ emerġenza.
Dan hekk kif Conred falliet milli tavża liċ-ċittadini dwar il-vulkan li kien se jiżbroffa.
Oħrajn qed jitolbu lill-Gvern sabiex jinvestiga jekk din kinitx negliġenza kriminali.
Ritratt: Reuters