Vulkan fl-Iżlanda jista’ jaffettwa l-linji tal-ajru

Fl-Iżlanda, twissija ta' żbroff tal-ikbar vulkan mistennija taffettwa l-linji tal-ajru.
Terremot li heżżeż il-pajjiż il-ġimgħa l-oħra mmarka bħala l-aktar wieħed b'saħħtu mill-1996, u kien hemm indikazzjoni li l-vulkan Bardarbunga sar attiv.
Il-kodiċi tal-avjazzjoni issa qed jimmarka erbgħa minn ħamsa, grad inkwetanti fil-pajjiż.
Minkejja li ma kien hemm l-ebda żbroff s'issa, hemm allarm li l-irmied li jitfa' l-vulkan jista' jfixkel l-ajruplani.
Fl-2010, vulkan ieħor li żbroffa fl-Iżlanda għalaq il-maġġoranza tal-ajru fl-Ewropa għal sitt ijiem, b'aktar minn 10 miljun persuna affettwata, b'telf ta' madwar biljun ewro.