Voxpop: X’tista’ tagħmel biex tieħu ħsieb l-ambjent?

Read in English.

Newsbook.com.mt staqsa lin-nies li kienu jinsabu l Belt Valletta dwar x’jistgħu jagħmlu huma biex jieħdu ħsieb l-ambjent. Kien hemm hemm spjega diversi eżempji u kien saħansitra min qal li jagħmel x’jagħmel hu li l-ambjnet jibqa’ sabih ma jiddependix minnu biss imma mill-awtoritajiet.

Għada bejn l-10am u l-11.30am Newsbook.com.mt se jkun qed jorganizza webinar bit-tema ta’ “Kif qed nippjanaw li ngħixu?”

Il-kelliema ewlenien se jkunu l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Enerġija u l-Immaniġġjar u l-Konservazzjoni tal-Ilma Ryan Callus, Manuel Sapiano mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, il-Perit Michelle Piccinino mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-perit u l-ambjentalist Prof. Alex Torpiano, il-Perit Simone Vella Lenicker mill-Kamra tal-Periti, Konrad Pule mill-Malta Public Transport u Sebastian Ripard minn Bolt.

Jekk tixtieq tattendi rreġistra minn hawn: i.newsbook.com.mt/KxLXYcG

Issapportjat minn: L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u l-Malta Public Transport.