Voxpop: X’qed tistenna mill-baġit għas-sena d-dieħla?

Read in English.

Illum fis-6:30 pm il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna mistenni jressaq fil-Parlament il-baġit għas-sena d-dieħla.

Iżda hemm xi miżuri partikolari li n-nies qed jistennew li jiddaħħlu fis-seħħ jew li l-baġit għandu jindirizza? Newsbook.com.mt mar il-Belt Valletta dalgħodu jistaqsi lin-nies x’qed jistennew mill-baġit 2021.