Voxpop: X’qed jistennew il-Maltin mill-baġit?

Read in English.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ diversi persuni dwar il-baġit “multi-miljunarju” li mistenni jitħabbar għada b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus. Staqsa lill-pubbliku x’qed jistenna li jara f’dan il-baġit u x’jixtieq li jkun hemm.

Fit-tweġibiet tagħhom, diversi sostnew li qed jistennew baġit li jagħmel il-ġid lill-poplu. Qalu li jisperaw li jgħinu lin-negozji u lill-familji li waqgħu lura u li m’għandhom għajnuna mingħand ħadd.

Sidien ta’ negozji li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt, qalu li qed jistennew li l-Gvern jgħin fl-ispejjeż li qed jidħlu fihom biex jattrezzaw il-ħwienet tagħhom għall-pandemija. Mara partikolari ddeskriviet l-ispejjeż tan-negozji bħala “bir bla qiegħ” hekk kif l-ispejjeż qed ilaħħqu l-eluf.

Fl-aħħar ta’ Mejju, il-Prim Ministru kien qal li għada l-gvern se jkun qed joħroġ dettalji dwar dak li sejjaħ bħala “baġit multi-miljunarju” biex jgħin lill-poplu u n-negozji jirkupraw mill-ħsara li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus.

Filmat: Miguela Xuereb, Voxpop: Monique Agius

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn