Voxpop: Taqbel li minn Settembru l-lezzjonijiet għall-istudenti jkomplu online?

Minħabba l-pandemija tal-coronavirus li laqtet lill-pajjiżna fix-xhur li għaddew il-gvern kien ħa d-deċiżjoni sabiex f’Marzu jagħlaq l-iskejjel bħala waħda mill-miżuri ta’ prekawzjoni kontra l-virus.

Minħabba din id-deċiżjoni kellu jiġi ntrodott it-tagħlim online. Kienu ħafna dawk li qablu mad-deċiżjoni u oħrajn le.

Numru ta’ edukaturi qalu li żdiedilhom ix-xogħol u kien hemm ġenituri li qalu sabu s-sitwazzjoni diffiċli bit-tfal id-dar il-ħin kollu meta huma kienu qed jaħdmu bis-sistema tat-teleworking.

Newsbook.com.mt mar il-Belt Valletta fejn staqsejna lin-nies jekk jaqblux li l-istudenti jkomplu bit-tagħlim online jew inkella jirritornaw lejn il-bankijiet tal-iskola.