Voxpop: Smajna żżejjed fuq l-Ice Bucket Challenge?

Bħalissa l-Facebook hu mifqugħ bil-filmat tan-nies jagħmlu l-isfida tal-IceBucket.
Imma wara kważi ġimgħa u nofs nisimgħu u naraw din l-isfida, fil-verità n-nies jafu eżatt għaliex qed issir ir-riċerka?
Staqsejnihom ukoll jekk jafux li l-Assoċjazzjoni ALS qed tuża ċelloli staminali ta’ embrijuni umani biex tkompli bir-riċerka tagħha.
Fil-fatt, fi stqarrija li l-Assoċjazzjoni ħarġet ilbieraħ stess, qalet li bħalissa qed tiffinanzja riċerka waħda li għaliha jintużaw ċelloli staminali tal-embrijuni.
Din l-informazzjoni tista’ ssibha mill-websajt tal-Assoċjazzjoni ALS (http://www.alsa.org/news/media/press-releases/statement-on-stemcell-research.htmlDin l-ino).
Dawk li aċċettaw l-isfida, apparti lill-ALS, għażlu li d-donazzjonijiet imorru għand l-entità lokali Hospice Malta li tgħin lill-pazjenti li jbatu mill-marda.  Ħaddieħor għażel għaqdiet bħad-Dar tal-Providenza, Puttinu u Inspire.
Hemm min ukoll li d-donazzjoni tal-isfida qed joffriha lill-Istitut Amerikan tar-Riċerka John Paul II, li għar-riċerka ma jużax ċelloli staminali tal-embrijuni umani (http://jp2mri.org/). 

Filmat: Reel8 Productions