Voxpop: Kif se jqattgħu jum il-Milied u nhar l-ewwel tas-sena?

Read in English.

Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, ilna nisimgħu għaliex din is-sena mhux se nkunu nistgħu inqattgħu Jum il-Milied u nhar l-ewwel tas-sena bħas-snin ta’ qabel.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħtu l-parir sabiex ma nitħalltux ma’ persuni differenti li mhux viċin tagħna u sfortunatament inkluż l-anzjani. Dan sabiex dejjem nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ uħud li kienu jinsabu l-Belt Valletta u qalulna kif minn hawn u minn hemm xorta waħda se jsibu soluzzjoni biex jiċċelebraw Jum il-Milied u l-ewwel tas-sena mingħajr ma’ jmorru kontra d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.