Voxpop: Kif inbidlet ħajjitna minħabba l-coronavirus?

Newsbook.com.mt mar sal-Ħamrun jistaqsi lil xi persuni li kienu jinsabu barra kif qed tkun affettwata ħajjithom minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus. Mistoqsija oħra li staqsejna kienet x’qed jagħmlu biex jevitaw li jiġu nfettati bil-virus.

Fil-maġġornaza tal-kummenti taghħhom in-nies qalu li qed jaqbadhom dwejjaq kbar b’din is-sitwazzjoni u ma tantx qed jirnexxielhom jissaportu ġewwa darhom ta’ bilfors.

L-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin kontinwament javżaw lill-pubbliku biex jevita joħroġ mid-dar jekk mhux għall-bżonn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn