Voxpop: “Jien l-aqwa li jasalli ċ-ċekk!”

Kummenti varjati u kkuluriti mill-pubbliku fil-Belt Valletta dwar dak li jaħsbu dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-pajjiż. Dan wara l-aħħar allegazzjonijiet li ħarġu mill-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u r-rabtiet politiċi.

Bosta kienu dawk li sostnew li s-sitwazzjoni mhix waħda normali u li hemm bżonn li titranġa. Oħrajn qalu li ladarba jirċievu ċ-ċekk tal-pensjoni ma tagħmlilhomx differenza min ikun qed imexxi l-pajjiż.

Imbagħad kien hemm min qal li hawn wisq taħwid u li hemm bżonn li min imexxi lil Malta jkun aktar bilgħaqal. Intant, kien hemm min sostna li aħjar jissolva l-każ tal-qtil ta’ Karin Grech milli dak ta’ Caruana Galizia għax Grech kienet innoċenti u ma kienet tinsulenta lil ħadd.

L-aħħar żviluppi wasslu biex ġew interrogati mill-Pulizija fost l-oħrajn il-Ministru Chris Cardona u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech ġie arrestat fl-20 ta’ Novembru. It-Tlieta 26 ta’ Novembru, Keith Schembri rriżenja minn Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Konrad Mizzi rriżenja minn Ministru, filwaqt li Chris Cardona ssospenda lilu nnifsu.

Filmat: Miguela Xuereb