Voxpop: It-tieni mewġa se tolqotna?

Read in English.

Newsbook.com.mt żar il-Belt Valletta sabiex jistaqsi lill-pubbliku x’jaħseb dwar jekk Malta u Għawdex hux se jkunu qed jintlaqtu mit-tieni mewġa tal-pandemija tal-coronavirus fid-dawl tal-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta mil-lum.

Il-ftuħ tal-ajruport kien imħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela f’Ġunju.

Ħafna spjegaw li huma jaħsbu li Malta m’għandha xejn speċjali aktar minn pajjiżi oħrajn u b’hekk hi wkoll hija suxxettibbli għat-tieni mewġa tal-pandemija.

Il-każi globali tal-coronavirus qabżu l-10 miljuni, filwaqt li l-virus s’issa qatel kważi nofs miljun persuna fi żmien seba’ xhur.