Voxpop: Dun Anton “il-Papa Franġisku ta’ Għawdex”

Read in English.

Meqjus minn bosta bħala persuna umli, intelliġenti u umana, Dun Anton Teuma lbieraħ ġie kkonsagrat bħala d-disa’ Isqof ta’ Għawdex.

Newsbook.com.mt tkellem mal-Għawdxin dwar Dun Anton kemm fix-Xagħra fir-raħal fejn trabba kif ukoll fir-Rabat qrib il-Istitut Ġwanni Pawlu t-Tieni fejn minn hemmhekk għen ħafna familji fl-aħħar snin li ilu Delegat tal-Isqof għall-Familji.

Persuna li tkellem ma’ Newsbook.com.mt ddeskriviet lil Dun Anton bħala l-Papa Franġisku ta’ Għawdex. Spjega li fis-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Knisja fil-ġurnata tal-lum Dun Anton huwa l-aqwa bniedem biex jindirizza ċ-ċertu kwistjonijiet li għandha l-Knisja llum.

Tkellmu ukoll persuni li ħadmu miegħu li qalu li Dun Anton huwa bniedem ħabrieki ħafna. Persuna minnhom spjegat li Dun Anton ikun irid l-affarijiet sew u ta eżempju fosthom fl-ordni tas-siġġijiet fil-Knisja fejn bħalissa qed jinżammu 2 metri ‘l bogħod minn xulxin.

Persuna oħra qalet li l-Isqof għandu jaħdem biex bħall-oħrajn ta’ qablu jġib il-paċi u aktar ħidma fil-pajjiż billi jgħin lil min għandu bżonn.

Oħrajn awgurawlu għall-ħidma li għandu quddiemu bħala Isqof ta’ Għawdex b’uħud ukoll jindikaw li din mhix faċli.

Voxpop: Christoph Schwaiger
Filmat: Miguela Xuereb

Il-kummenti tal-Isqfijiet wara l-Konsagrazzjoni
Filmati: L-Isqfijiet jifirħu lil Dun Anton