Vox Pop: X’qed jgħidu n-nies dwar iż-żjara tal-Papa?

Read in English.

Newsbook.com.mt mar jiltaqa’ mal-komunità Pawlina hekk kif waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Pontifikali tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, tħabbret iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta b’mod uffiċjali.

Kienu bosta dawk li sostnew li kienu sorpriżi bl-aħbar taż-żjara, iżda oħrajn qalu li dejjem emmnu li l-Papa Franġisku kien se jżur Malta. Sostnew li jemmnu li din iż-żjara se sservi għat-tiġdid tal-fidi ta’ bosta insara, b’mod speċjali ta’ dawk li forsi fl-aħħar żmien tbiegħdu mill-Knisja.