Vox Pop: X’jaħsbu t-tfal Maltin dwar Diamonds ta’ Federica?

Il-Junior Eurovision Song Contest huwa meqjus bħala l-akbar festa mużikali immirata għat-tfal u l-adolexxenti.
Grazzi għar-rebħa li Gaia Cauchi kisbet għal Malta s-sena l-oħra fl-Ukraina Malta din is-sena qed tospita dan il-festival li hu stmat li llejla jarawh madwar erba' miljun ruħ madwar l-Ewropa, l-Awstralja, l-Amerka u kontinenti oħra.
Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tat-tfal u l-adolexxenti Maltin dwar sehem Federica fil-Festival.
Staqsejnihom x'jaħsbu dwar il-kanzunetta Diamonds ta' Federica Falzon.  Fil-fehma ta' dak li tkellmu magħna l-kanzunetta hija waħda sabiħa ħafna u li tispikka għax mhix tas-soltu.  Il-maġġoranza assoluta tat-tfal u l-adolexxenti li tkellimna magħhom qalu li jemmnu li Federica llejla tista' tiġi mal-ewwel tlett postijiet.
Finalment staqsejna lit-tfal u l-adolexxenti Maltin x'messaġġ għandhom għal dik li llejla se tirrapreżentahom f'isem Malta bil-kanzunetta Diamonds.  Kollha kemm huma b'ton kburi li hi se tirrapreżentahom awgurawlha, għamlulha kuraġġ u għaddewlha messaġġi pożittivi.