Vox Pop: Taħseb li l-coronavirus se jidħol Malta?

Read in English.

Newsbook.com.mt mar l-Università ta’ Malta u l-Belt Valletta jsaqsi lill-pubbliku dwar jekk jaħsbux li l-coronavirus se jidħol Malta. Ir-risposti kienu varji, kien hemm min jemmen li iva u oħrajn li jemmnu li dan il-virus mhux se jidħol Malta.

Newsbook.com.mt staqsa lin-nies jekk kinux parti mill-popolazzjoni li marru jixtru l-affarijiet u jaħżnu minħabba l-biża’ mill-coronavirus. Diversi persuni qalu li huma baqgħu d-dar, oħrajn qalu li qed jinħoloq ħafna paniku għalxejn.

Persuna minn dawk intervistati qalet li x-xeni li kien hawn fl-aħħar ġranet kienu qishom tal-films.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li s’issa l-ebda każ tal-coronavirus għadu ma ġie rrapurtat fil-gżejjer Maltin.

L-awtoritajiet qed jappellaw lil dawk il-persuni li siefru lejn iċ-Ċina, Hong Kong, Singapore, il-Ġappun, l-Iran, il-Korea t’Isfel jew fit-Tramuntana tal-Italja u qed isofru infezzjonijiet respiratorji għandhom jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Persuni li ġejjin minn dawn il-pajjiżi qed jintalbu biex jagħmlu kwarantina fi djarhom għal-14-il ġurnata.