Vox Pop: Se tisma’ mill-Papa Franġisku għar-Randan?

Read in English.

Newsbook.com.mt dar l-Università ta’ Malta u l-Belt Valletta jistaqsi lin-nies hux se jsumu għar-Randan u jekk hux se jsegwu l-parir tal-Papa Franġisku biex iżommu lura milli jesprimu rabja żejda.

Tradizzjonalment, il-kunċett li ssum jikkonsisti li ma tikolx laħam nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa. Xi nies qalu li ma jiklux ħelu matul l-40 jum bħala parti mis-sawma tagħhom. Persuna qalet li se żżomm lura milli tuża l-midja soċjali bħala sawma.

Waqt li wħud jgħidu li se jżommu lura mir-rabja, oħrajn qalu li huma nervużi wisq biex jikkontrollawha.

Ġurnalista: Monique Agius; Filmat: Miguela Xuereb