Vox-Pop: ‘Jum il-mara s-sena kollha!’

Illum huwa Jum il-Mara, iżda hemm ħafna li kif sebaħ dan il-jum, qas kellhom ħjiel ta’ dan.

Newsbook mar fit-toroq tal-Belt u staqsa x’jaħsbu n-nisa iżda wkoll l-irġiel, fuq dan il-jum.

Fost oħrajn, iltqajna ma’ żewġ nisa li xtaqu jgawdu dan il-jum b’mod partikolari: joħorġu jduru mingħajr l-irġiel tagħhom!

Jidher li b’kuntrast ma’ jiem oħra fosthom San Valentinu, f’dan il-jum l-irġiel ma tantx jagħtu rigali… dejjem jekk jiftakru li llum hu jum il-mara!