Vox Pop: “Inti qed tinqeda bl-app tallinja?”

Fl-aħħar jiem il-Malta Public Transport nediet it-tallija app li permezz tagħha, persuna tista' tara l-bilanċ fuq tallinja card, tiċċekkja x'ħin se basal tal-linja li jmiss u anke tippjana l-vjaġġ permezz tal-Journey Planner.
Filwaqt li l-parti l-kbira taż-żgħażagħ dehru interessati li jniżżlu din l-app, ftit kienu dawk li bdew jużawha. Iż-żgħażagħ jgħidu li jużaw l-app l-aktar biex jiċċekkjaw il-bilanċ fuq tallinja card u biex jaraw x'ħin se tasal tal-linja li jmiss.
Il-passiġġieri anzjani ma tantx dehru konvinti li din it-teknoloġija qed tgħinhom jaslu iktar malajr fid-destinazzjoni tagħhom. Jgħidu li filwaqt li f'uħud mill-postijiet m'hemmx problemi fir-rotot, postijiet oħra bħas-Swieqi, is-servizz tal-linja mar għall-agħar.
Tallinja app tniżżlet aktar minn 10,000 darba filwaqt li 'l fuq minn 230,000 persuna jużaw tallinja card.