Vox Pop: “Inħoss ħafna għalihom imma Malta żgħira”

Kull qalb trid oħra. Kull omm tħoss għal uliedha.  Is-saga tal-immigranti irregolari qed tiddomina s-sajf fl-Ewropa, fosthom f’Malta.

Newsbook.com.mt mar fit-toroq tal-Belt jistaqsi lil ommijiet xi jħossu meta jaraw ritratti fil-midja, ta’ tfal immigranti fuq id-dgħajjes, jistennew mal-ġenituri tagħhom f’tama għal ħajja aħjar.
Uħud jiddispjaċihom jaraw lil dawn it-tfal ibatu intortament. Oħrajn imħassba dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Int x’taħseb?