Vox Pop: F’Tas-Sliema qalulna hekk dwar Trump, x’taħseb inti?

Fl-20 ta’ Jannar tas-sena l-oħra Donald Trump ħa l-ġurament bħala l-President tal-Istati Uniti.
Irrelevanti l-persuna jew il-karattru nnifisu, dwar dak issib diversi opinjonijiet, imma bla dubju kulħadd jaqbel li din il-kariga hija waħda mill-aktar influwenti fid-dinja.
Dakinhar tal-inawgurazzjoni ta’ Trump mas-600,000 ruħ irħewlha għall-Capitol Building f’Washington.
Trump kien fl-aħbarijiet dinjija sa minn qabel ma sar president, waqt il-kampanja u t-taqtiegħa ma’ Hillary Clinton.
Fost uħud mid-deċiżjonijiet kontroversjali li ħa, wieħed isib il-ħajt mal-Messiku, is-sospensjoni temporanja tal-viża lil pajjiżi Mulsulmani, it-twaqqif tal-programm DACA li kien jieħu ħsieb minuri li daħlu illegalment fl-Istati Uniti biex isibu xogħol u mhux jiġun deportati mill-ewwel, il-ħruġ tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tisħin Globali, u r-rikonoxximent ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali Iżraeljana.
….min jaf x’jaħsbu llum dawk kollha u anki l-oħrajn li ma marrux iżda vvutawlu?
Newsbook.com.mt dar dawra Tas-Sliema, u staqsejna kemm Maltin kif ukoll barranin x’jaħsbu dwar Trump sena mindu sar wieħed mill-aktar persuni importanti fid-dinja.