Vox Pop: ‘Biex iwaqqfu milli jħaffer heddu li jwaddablu l-ġebel’

Read in English.

Tħossok sigur f’darek jekk ħdejk ikunu qed iħaffru jew jibnu?

Din kienet il-mistoqsija li Newsbook.com.mt staqsa lin-nies fil-Ħamrun, f’Tal-Pietà, u fil-Belt Valletta.

Raġel li tkellem fil-Vox Pop qal li t-tifel tiegħu beda jibża’ meta ħdejh bdew iħaffru. Wara li l-ħaddiema fuq il-post ma tawħx widen, hedded lill-Perit li kien se jibda jwaddab il-ġebel mill-bejt tiegħu lejn il-ħaddiema. Ir-raġel qal li ħass li ma seta’ jagħmel xejn. Ma kellux fiduċja li l-Pulizija setgħet tgħinu.

Mara li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt qalet li taħseb li xi darba Malta se tegħreq minħabba l-iżvilupp kollu li hemm fuq il-gżira. Tkellmet ukoll dwar l-esperjenza ta’ xi ħadd mill-ħbieb tagħha li ċeda l-ħajt tal-kamra tas-sodda tagħhom.

Raġel ieħor li waqa’ xi ġebel minn sit tal-kostruzzjni ħdejn id-dar tiegħu. Saritlu ħsara lil xi pajpijiet u lill-magna tal-ħasil.

Ġurnalista: Monique Agius
Filmat: Miguela Xuereb