Vox Pop: Adrian Delia għandu jibqa’ jew jirriżenja?

Read in English.

Bħalissa mistoqsija fuq fomm bosta hija jekk Adrian Delia huwiex se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, wara ġimagħtejn ta’ prova għall-pożizzjoni tiegħu.

Newsbook.com.mt mar Birkirkara, raħal twelid Adrian Delia, biex jistaqsi lin-nies huma x’jaħsbu, jekk għandux jibqa’ Kap jew jirreżenja.

It-tħassib dwar il-pożizzjoni tiegħu beda minn stħarriġ li wettaq il-ġurnal MaltaToday dwar il-fiduċja tal-poplu fil-Prim Ministru Robert Abela u fil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li fih Delia ġab 13.5%.

Il-ġimgħa li għaddiet segwiet kriżi fil-Partit Nazzjonalista, fosthom instigata minn stqarrija li ħarġu 17-il Membru Parlamentari Nazzjonalista li jixtiequ li Delia jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. Irreżenjaw Kristy Debono, Clyde Puli u Robert Arrigo mill-pożizzjonijiet tagħhom.

Filmat: Miguela Xuereb