​Votazzjoni ġimgħa qabel għal min se jkun indispost fil-11 t’April

Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża li min se jkun imsiefer jew l-isptar fil-jum tal-11 t’April, meta se jsir ir-referendum dwar il-kaċċa u l-elezzjoni għall-kunsilli lokali, jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel.
Il-votazzjoni, f’dan il-każ, issir is-Sibt 4 t’April fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.
Biex wieħed jivvota f’dan il-jum, irid imur personalment fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali u jieħu ġurament. Dakinhar irid ikollu wkoll il-karta tal-identità fuqu. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li d-data u l-ħin ta’ meta tkun tista’ ssir din l-aħħar proċedura jitħabbru iktar tard.