Vot unanimu biex Adrian Delia jsir Deputat Parlamentari

p.p1 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 16.0px Times; color: #232323; -webkit-text-stroke: #000000}
p.p2 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; text-align: justify; font: 12.0px Tahoma; -webkit-text-stroke: #000000; min-height: 14.0px}
p.p3 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; text-align: justify; font: 12.0px Times; color: #232323; -webkit-text-stroke: #000000}
p.p4 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; text-align: justify; font: 12.0px Times; -webkit-text-stroke: #000000; min-height: 14.0px}
span.s1 {font-kerning: none}

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista vvota b’mod unanimu biex is-siġġu ta’ Peter Micallef – li rriżenja mill-Parlament aktar kmieni llum – jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Peter Micallef ġie elett f’elezzjoni każwali wara r-riżenja ta’ Jean Pierre Debono minn Deputat Parlamentari.
Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jieħu l-ġurament ta’ Deputat Parlamentari għada, waqt li nhar il-Ġimgħa, jieħu l-ġurament ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.
F’kummenti waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, Adrian Delia rringrazzja lill-kandidati kollha – kemm dawk tas-7 distrett elettorali kif ukoll fid-distretti l-oħra – li offrew li jekk jiġu eletti f’elezzjoni każwali, jirriżenjaw biex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jsir Deputat Parlamentari.
Hu rringrazzja b’mod partikolari lil Jean Pierre Debono, kif ukoll lil Peter Micallef għal-lealtà tagħhom lejn il-Partit Nazzjonalista.