Jiħraxu l-multi għal bastimenti bl-immigranti waqt vot ta’ fiduċja għall-Gvern Taljan

Il-Gvern Taljan rebaħ vot ta’ kunfidenza fis-Senat fuq digriet tad-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini biex is-sanzjonijiet kontra bastimenti li jsalvaw l-immigranti u jieħduhom l-Italja jiħraxu drastikament.

Skont din il-liġi l-ġdida bastimenti li jsalvaw l-immigranti fil-Meditteran u jieħduhom l-Italja mingħajr permess mill-Gvern Taljan se jeħlu multa ta’ €1 miljun. Din hi żieda sostanzjali kumparat mal- €50,000 multa li kienu jeħlu qabel. Skont din il-liġi ġdida issa l-kaptani ta’ dawn il-bastimenti se jkunu arrestati jekk jinjoraw l-ordnijiet tal-awtoritajiet biex ma jidħlux fl-ibħra Taljani u l-bastimenti tagħhom se jkunu konfiskati immedjatament.

Dan ifisser li dan id-digriet se jsir uffiċċjalment liġi Taljana jum biss qabel il-Gvern Taljan ixolji għall-vaganzi tas-Sajf. Il-Gvern Taljan riċentament kien mifni b’konflitti interni, madanakollu rebaħ il-vot b’160 favur u 57 kontra. Kieku l-Gvern Taljan tilef din il-mozzjoni kien ikollu jirriżenja.

Voti ta’ kunfidenza mill-gvernijiet Taljani, għalkemm riksjużi, ġeneralment jintużaw bil-għan li jħaffu l-proċess legali biex iħaffu l-proċess leġislattiv fil-Parlament bil-għan li digriet isir liġi u jillimita l-oppożizzjoni li din tista’ taffaċċja.