Vot kruċjali għall-Griegi

Il-Griegi qed jivvutaw f’elezzjoni ġenerali li qed titqies bħala waħda kruċjali għal negozjati mill-ġdid b’rabta ma’ miżuri t’awsterita’ fost oħrajn.
Il-partit soċjalista Syriza, li qed jingħad li jinsab fil-vantaġġ, irid li jinqata’ d-dejn filwaqt li jiġu revokati l-mizuri t’awsterità. 
Dan qed iwassal biex ikun hemm sens ta’ instabbiltà b’ħafna jbassru li l-Greċja ma ddumx ma ssib ruħha barra mill-ewro. 
Minn naħa tiegħu l-partit li qed jigverna, New Democracy huwa tal-fehma li l-ekonomija qed tirkupra.
L-ekonomija fl-Greċja ħadet tisbita ‘l isfel mill-2008 ‘l hawn b’konsegwenza li żdied il-qgħad. 
Il-qgħad, huwa dak ta’ 25% filwaqt li l-fost iż-żgħażagħ jilħaq kważi il-50%.
Fil-Grecja, l-medja tal-paga hija €600 fix-xahar.
Id-dejn tal-pajjiz Jilhaq il-175% tal-Prodott Gross Domestiku.
Madwar 10 miljun persuna huma eleġibbli li jivvutaw biex jeleġġu parlament ta’ 300 persuna.