Il-vot għal EkoGħawdex naqas b’70% mill-2012

Il-vot għal EkoGħawdex naqas b’70% mill-2012.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Frederic Azzopardi.
Refalo fisser li l-vot Kapitali għall-kunċett EkoGħawdex kienet ta’ €4 miljun fis-sena 2012. Din naqset bin-nofs fis-sena ta’ wara u kompliet tonqos għal €1.4 miljun fl-2014 u €1.2 miljun fl-2015.