Vot fi Franza dwar iż-żwieġ u l-adozzjonijiet bejn persuni tal-istess sess

Illum fi Franza mistenni jittieħed vot dwar iż-żwieġ u adozzjonijiet minn koppji tal-istess sess. L-Arċisqof ta’ Pariġi, il-Kardinal Andre Vingt-Trois, se jkun qiegħed jidher quddiem il-Kummisjoni tal-Liġijiet fi ħdan is-Senat biex jitkellem dwar partijiet minn din il-liġi. Fis-smiegħ mistennija wkoll jitkellmu rapreżentanti tal-Protestanti, il-Musulmani kif wkoll l-Ortodossi.

Id-diskussjoni dwar din il-liġi ilha għaddejja diversi gimgħat. L-Assembleja allokat 110 siegħat ta’ dibattitu fejn saru madwar 5,000 emenda. Wara li jittieħed il-vot illum, imbagħad id-dibattitu ikompli quddiem is-Senat Franċiż. Nhar it-18 ta’ Marzu mistennija tittieħed id-deċiżjoni finali dwar jekk persuni tal-istess sess jistgħux jiżżewġu jaddottaw it-tfal fi Franza.